Il-bidu tiegħi bħala rappreżentant
Kien fis-sena 2010 , meta jien kont student ġewwa l-Key Services, parti mill-MCAST ICT fejn niftakar li kellhom bżonn persuna biex ikun "Leader" tal-istudenti ta' Key Services. Konna 4 studenti li applikajna u fil-11 ta' Frar 2009 saret l-elezzjoni fejn ivvutaw 52 minn 57 student/a li jien kont irbaħt b'26 vot. Huma kienu maqsumin: 26:12:5:3 minn dawk li vvutwa. Niftakar li studenta partikolari kienet qatli li ma kellix il-ħsieb li tivvota għax normalment kull min jiġi elett, kien jinsa lis-sħabu u dak li jwiegħed ma tantx iżomm kelmtu. Jien kont wegħedtha li jekk jien niġi elett, żgur li ma kontx se nwarrab lil ħadd u kont se nagħmel minn kollox biex ngħaqqad lil kulħadd. L-għajta tiegħi "Ejjew Nirnexxu Lkoll Magħqudin Flimkien!" rebħet l-elezzjoni.
U kif kont wegħedt, mal-ewwel ġurnata li kont ilħaqt, kien ġie rappreżentant ta' MCAST u kont għidtlu biex l-MCAST ICT tħalli 3rd Sit kif kienet qabel bit-tutorial u hekk ġara. Fit-Tieni jum tat-tmexxija kont wegħedthom li se nġib il-Coffee Machine u ġibt il-permess u ġibniha fit-Tieni Ġimgħa.
Niftakar li dakinhar kulħadd ġie jifraħli iżda jien b'kuraġġ kbir kont għidtilhom li r-rebħa hi ta' kulħadd u li kulħadd ħareġ rebbieħ. Għax jien mhux dik ir-rebħa l-aktar li kienet tgħodd għalija iżda li nwassalhom sal-Finali u li jġibu l-First Diploma for IT Practitioners fejn niftakar li aktar minn 80% kienu għaddew.
Iżda fl-10 ta' Marzu 2009, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali kien ħabbar biex l-istipendji jibdew isiru b'forma ta' Self. Kont kellimt ma' MCAST imma qaluli li makienx hemm alarm. Iżda f'April 2009, kont bagħat email lil Ministru Dolores Cristina għax reġgħu ssemmew l-istipendji u l-ministru batitli dokument li l-Istipendji ma kienux se jitmessu.
Barra minn hekk, kont għamiltilhom kamra żgħira biex tkun bħala Study Room . Football Tournament u l-aħħar wegħda tiegħi kienet li kif nidħol l-MCAST, kont se niddiskuti ma' MCAST biex l-MCAST ikollha l-Kunsill tal-Istudenti biex b'hekk nerġa nwelled il-Vuċi tal-Istudenti mill-ġdid.
MCAST ICT
U hekk ġara għax f'Jannar 2010 bdejt it-taħdidiet biex fil-31 ta' Mejju 2010 kellna l-elezzjoni tal-Kunsill. Dakinhar ma ħassejtx li kelli bżonn nagħmel meetings mal-istudenti għax ħassejt li kien wasal iż-żmien biex nagħti spazju għal ħaddieħor. Minflok bqajt ngħin lill-aktar studenti.
Fl-1 ta' Ġunju 2010 ħarġet l-aħbar tant mistennija li kont tlift l-elezzjoni iżda tliftha bl-onur għax kont irnexxieli nġib il-Vuċi tal-Istudenti mill-ġdid ġewwa l-MCAST. Kont qed naħseb li l-istudenti ma kienx għad baqalhom il-bżonn li nibqa' nirrapreżentahom iżda kont żbaljat għax fit-30 ta' Gunju 2010, waqt l-aħħar Assignment, grupp kbir ta' studenti ġew kollha quddiemi waqt li kont qed nistudja u qaluli biex nerġa nirritorna lura għax mingħajri ma kienu qegħdin iħossu sew. Minn dak in-nhar, indunajt kemm tassew kont importanti għall-istudenti u kemm il-ħidma tiegħi kienet tajba u ġusta. Kont wegħedthom li jekk l-MCAST terġa titlob biex ikollha xi rappreżentant, jien inkun lest li nerġa' nieħu l-kariga tar-rappreżentant tal-istudenti mill-ġdid.
Minn naħa l-oħra, l-MCAST dejjem tatni rispett għax anke għal Foundation Day kienu jistednuni. Anke saqaf li kien ilu bi ħsara għal aktar minn 15-il sena, irnexxielhom irranġawh bis-saħħa tiegħi għax kont infurmajthom bih. Għax kull ma kellu kienet tabella "Tixxabbatx għax periklu" iżda kont kuntent li qabel ma spiċċajt it-tmexxija bħala rappreżentant temporanju (sakemm jerġa jitwaqqaf Kunsill tal-Istudenti mill-ġdid), irnexxieli tkellimt biex is-saqaf ta' dan iċ-ċint jiġi rranġat.
Rappreżentant fil-Board of Studies MCAST ICT
Kien f'Diċembru 2010 fejn l-MCAST kellha bżonn rappreżentant u ġejt nominat jien u minn dakinhar ilħaqt rappreżentant tal-istudenti fil-Board Of Studies MCAST ICT fejn għadni sal-lum bil-logo l-ġdid "Flimkien Nagħmlu d-Differenza!"
X'għamilt jien bħala rappreżentant fil-Board Of Studies?
F'2010, jien kont ħloqt il-grupp fuq Facebook b'isem "MCAST Students" fejn dan il-grupp dejjem żammejtu attiv u dejjem tajt informazzjoni lil dawk kollha li kellhom bżonn. Ħafna studenti vera sabuh utli.
F'2011 kont ressaqt proposti li l-MCAST sabuhom utli fosthom:
* il-Firem ta' In and Out tal-Assignments biex b'hekk ma jintilfux
* "September Resits" fl-ICT li gaddew mijiet ta' studenti 2NDs , 2HNDs u Bscs kemm fl-2011 u anke fl-2012
* Arranġament fil-Prospectus biex jinkludi anke x-xogħlijiet li student/a jista' jagħżel meta jispiċċa/tispiċċa l-kors
ARRIVA
Fit-12 ta' Lulju 2011, kont iffurmajt lil ARRIVA biex jagħmlu stage ieħor ħdejn MCAST u anke biex jerġaw jibdew isiru d-diretti lejn Mater Dei u Universita' għax kemm pazjenti u/jew anzjani li jmorru Mater Dei u studenti li se jmorru l-Universita' se jibdew jaslu tard bis-sistema ħażina li kellhom u fl-aħħar l-ARRIVA kienu rranġawha. Barra minn hekk,meta kienu qegħdin isiru r-riforma tat-Transport Pubbliku, kont bagħat ukoll suġġerimenti biex kemm l-anzjani u anke studenti jkollhom prezz imraħħas fin-nollijiet tat-transport pubbliku u hekk ġara. Studenti bi €21 fix-xahar u anzjani jhallsu €2.50c fil-gimgha jew €0.50c kuljum.
Nixtieq nirringrazzja lill-istudenti kollha li appoġġawni f'dawn l-aħħar snin kif ukoll lill-ġenituri tagħhom li vera ma stennejtx l-applaws li tawni meta rċivejna iċ-Ċertifikat ta' National Diploma IT. Vera għamluli kuraġġ biex inkompli l-ħidma tiegħi. Għax kif kont għidt lill-istudenti li għalkemm jien qed nirsisti għalihom imma naf li huma mhumiex weħidhom għax nifhem lill-ġenituri tagħhom kemm ikollhom pressure meta uliedhom ikollhom xi eżami jew Assignment u kemm jiddispjaċihom meta dawn ma jgħaddux speċjalment fuq ħmerija ta' xi passes. U dan wera fil-Jum tal-Gradwazzjoni meta anke l-ġenituri tagħhom laqawni bl-applaws. Minmn qalbi, nirringrazzjahom għax vera ma stennejtix. Għax ħassejtni qisni xi 'Ministru' tiela nirċievi ċ-ċertifikat u ġejt milqugħ b'dak l-applaws li niftakar il-Prinċipal Maurice Grech ukoll baqa' skantat ta' kif ġejt milqugħ u kien qalli "X'mort tgħidilhom biex ġejt milqugħ hekk?" Grazzi mill-qalb!
Elezzjoni tal-Kunsill tal-Istudenti ta' MCAST 2012-2014
Dis-sena mistenni li jkollna elezzjoni oħra tal-Kunsill ta' MCAST. Jekk jien niġi nominat, bi ħsiebni li:
* Inkompli nxandar dwar il-grupp "MCAST Students" li għadna fuq Facebook li l-iskop tiegħu hu li jkompli jwassal il-Vuċi tal-Istudenti ġewwa l-MCAST
* Nara jekk hu possibli li rappreżentanti tal-istudenti tal-Board of Studies ikollhom Kumitat biex b'hekk ikunu jistaw jintaqaw flimkien biex jiddiskutu l-problemi li jintaqaw flimkien ġewwa l-MCAST
* Aktar diskussjoni mal-Prinċipal u Administrations ta' MCAST
* Aktar diskussjoni mal-istudenti ġewwa l-MCAST
* Forsi nara jekk hu possibli li jkollna SMS Services għal meta jkunu bis-sick il-lecturers
* Forsi wkoll jkollna ATM ta' BOV kif għadna ta' HSBC qrib l-MCAST. Diġa' nfurmajt lil ta' BOV biex forsi jagħmlu waħda fil-qrib kemm għall-istudenti ta' MCAST u anke għar-residenti ta' Paola
* Foundation Day
No comments:
Post a Comment